Author: Kyle Mifsud

Numru ta’ persuni sofrew xi ġrieħi kawża ta’ ħabta head on f’Bulebel. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-09:00 tal-ġimgħa filgħodu. Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater u kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.Waħda mill-passiġġieri tal-vann inħarġet mill-vettura minn membri tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li nqabdet gol-vann.Fuq il-post waslu wkoll tliet ambulanzi biex jieħdu lill-persuni feruti l-isptar għall-kura.Kawża tal-inċident parti mit-triq prinċipali kellha tingħalaq ghat traffiku.Ta’ QabelIkunu se jraqduha hekk kif rritornat għandhom wara 11-il sena… f’ġimgħa l-MSPCA sabulha familja li tħobbha See original Article on www.one.com.mt

Read More

Sebgħa t’Ottubru tas-sena elfejn u waħda.Il-President Amerikan George W Bush ħabbar li kien għadu kif beda offensiva militari fl-Afganistan wara li l-grupp Iżlamiku tat-Taliban li kellu taħt idu t-tmexxija tal-Afgħanistan irrifjuta milli jikkopera mal-Amerikani wara l-attakki tal-ħdax ta’ Settembru. It-Taliban ġie ffurmat fl-elf disgħa mija erbgħa u disgħin minnn grupp ta’ ġellieda ribelli li ħadu sehem fil-battalja kontra l-ħakma Sovjetika tal-Afganistan fis-snin tmenin.Eventwalment ħadu f’idejhom it-tmexxija tal-Afganistan fis-sena sitta u disgħin bl-ewwel mexxej Taliban għall-Emirati Iżlamika tal-Afghanistan kien il-fundatur tat-Taliban stess Mohamed Omar, magħruf aħjar bħala Mullah Omar.Omar twieled f’familja fqira f’villaġġ fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afghanistan. Huwa kien tilef waħda…

Read More

F’Kabul, propju fl-ewwel lejl li l-militanti Talibani reġgħu kisbu l-kontroll totali tal-Afganistan bdew jiġu infurzati l-ewwel liġijiet stretti Iżlamiċi.F’numru kbir ta’ roadblocks madwar il-kapitali Kabul diversi militanti armati sa snienhom b’machine guns u armi oħra bdew iwaqqfu u jiċċekkjaw kull vettura li tgħaddi minn ħdejhom.Eks uffiċjali tal-Gvern Afghan immexxi mill- President Ashraf Ghani qed jiġu mwaqqfa arrestati filwaqt li għan-nisa mhux permissibbli aktar li joħorġu wara nżul ix-xemx u ġew pprojbiti milli jsuqu kull tip ta’ vettura.Dan sar ftit tas-sigħat biss wara li l-President ħarab mill-Afganistan sabiex skont hu jevita t-tixrid tad-demm.Huwa qal dan permezz ta’ status fuq Facebook lit-Talibani…

Il-Kavallerija tal-Pulizija.Taqsima li ilha mwaqqfa sa mill-elf tmien mija u sittin u li tul il-milja tas-snin qdiet diversi dmirijiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.David Fenech, Surġent li ilu jaħdem f’din it-taqsima għal sebgħa u għoxrin sena spjega li apparti l-irwol ċerimonjali, il-Pulizija tal-Kavallerija jagħmlu wkoll xogħol fil-komunitajiet.Qal, “Aħna noħorġu kuljum xogħol normali kif jagħmel kull kwalinkwe Pulizija fil-Korp. Flok noħorġu bil-karozza jew bil-mutur aħna noħorġu biż-żiemel.”Fenech kompla jispjega li ronda biż-żiemel għandha wkoll diversi vantaġġi. Spjega wkoll li fi żmien il-pandemija l-Pulizija tal-Kavallerija ħadmu wkoll fuq l-ispezzjonijiet.Spjega, “Immorru patrols fejn ma tidħolx karozza jew f’parks bħall-Buskett.”Permezz taż-żiemel, il-Pulizija tkun tista’ żżomm…

Read More

L-Università ta’ Malta permezz tal-Grupp tar-Riċerka tal-Oċejanografija Fiżika nieda sistemi ta’ radar ta’ frekwenza għolja li bihom se jkunu qed juru s-sitwazzjoni kurrenti tal-kurrenti fl-ibħra Maltin.Qal, “Għenihom biex nibnu stazzjonijiet fil-portijiet biex nagħtu informazjzoni diretta u dan huwa l-qofol tal-proġett u d-data qed inwassluha l-ħin ħalli il-kaptan tal-port jaraha dak il-ħin. Ħdimna fuq affarijiet oħra bħal tixrid ta’ żejt.”F’konferenza stampa biswit wieħed mir-radars li ġew impoġġija f’Għar Lapsi, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta spjega li dan it-tagħmir se jgħin mhux ftit lill-Kaptan tal-Port fil-ħidma tiegħu biex jinnavigaw il-vapuri kbar fil-portijiet.Is-Sur Peter Paul Coleiro, id-Direttur tal-Operat tal-Protezzjoni Ċivili spjega wkoll li…

Read More

Il-Ħamis filgħodu, nirien kbar ħakmu garaxx fl-akwati f’Ta’ Giorni f’San Ġiljan.Immedjatament fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma delikata sabiex jikkontrollaw in-nirien.Minħabba l-kobor tan-nirien fuq il-post issejħu wkoll aktar ħaddiema tat-tifi tan-nar sabiex jassistu.Fuq il-post wasal ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei.Ta’ QabelMalta se tibda taċċetta ċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-Awstralja See original Article on www.one.com.mt

Read More

Il-Pulizija arrestat ħdax-il persuna li kienu qed jagħmlu użu minn dokumenti foloz waqt li ppruvaw jaqbdu titjira fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Wieħed minn dawn il-persuni instabulu fuqhu ammont sostanzjali ta’ flus kontanti u materjal ieħor li indika li kien hu li kien organizza d-dħul, jew il-ħruġ minn Malta b’mod illegali tal-persuni l-oħra.Pulizija ta’ l-Immigrazzjoni u dawk ta’ Kontra l-Ħasil tal-flus komplew bl-investigazzjonijiet u r-raġel mistenni jitressaq b’arrest il-Qorti għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiaq LL.DHu ser ikun akkużat bi traffikar ta’ persuni, ħasil ta’ flus u ksur tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-flus, fost oħrajn. Il-Prosekuzzjoni…

Read More

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-ħaddiema mid-Dipartiment tat-Tindif ġabru aktar minn 1,240 tunnellata ta’ skart mormi illegalment f’siti miftuħa fil-gżejjer Maltin.Matul il-ġurnata tal-Erbgħa ONE News segwa ħidma fl-akwati tal-Wied il-Ħemsija taħt l-Imdina fejn persuna rmiet numru ta’ vjaġġi ta’ terrapien ġewwa passaġġ rurali li jagħti għal nurmu ta’ għelieqi.Qal, “Kif qed tara hawnhekk xi ħadd żarma xi ġebel, tefgħu hawn u nimmaġna li hawn aktar minn sittin tunnellata ta’ materjal.”Fl-isfond tal-makkinarju tad-Direttorat li kien qed jiġbor il-materjal mormi, Paul Formosa kompla jispjega li l-irresponsabiltà ta’ ċerti nies hija bla limitu u fuq l-istess medda ta’ triq, kellhom inaddfu diversi…