Author: Kelly Peplow

L-aġenzija tal-Gvern, Infrastruttura Malta, għaddejja bi spezzjonijiet u tindif tas-sistemi tal-ġbir tal-ilma tax-xita madwar il-pajjiż, bi preparazzjoni għax-xitwa.Qabel ma tibda traxxax sew, ma’ ONE News, il-Perit Raphael Abdilla qal li dan l-intervent qed isir f’żoni baxxi fejn hemm riskju akbar ta’ għargħar.“Bażikament it-toroq kollha li bnejna għandhom sistema ta’pajpijiet biex l-ilma li jinġabar u jgħaddi minnhom sakemm jasal fil-bjar. Hemm bjar li wkoll jaħżnu l-ilma tax-xita li jkun tnaddaf, imma biex ikunu jistgħu jaħdmu s-sistemi jridu jkunu nodfa. Għaddejj b’eżerċizzju fejn tul il-lejl qed induru t-toroq li fihom nafu li jkun hemm l-għargħar biex naraw li s-sistemi huma nodfa.”Hawn spjega…

Read More

Minn nhar it-Tnejn se tiftaħ l-iskema New Hope Guarantee, l-alternattiva għall-assigurazzjoni lil persuni li kellhom kumplikazzjoni medika jew għandhom diżabilità, u allura ma jistgħux jingħataw assigurazzjoni tal-ħajja li hija bżonnjuża biex wieħed jieħu self għal xiri tal-proprjetà.Dan fil-preżenza tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes.Hawn spjega li l-persuni eliġibbli se jibdew issa japplikaw għall-iskema mal-Awtorità tad-Djar, li eventwalment tkun hi li tibgħat ittra ta’ rakkomandazzjoni lill-Bank.In-New Hope Guarantee Scheme se tagħti wkoll l-istess serħan il-moħħ li tagħti l-assigurazzjoni tal-ħajja lill-qraba ta’ min ibbenefika.Il-Bank APS se jkun qed jgħin b’mod dirett f’dan il-proġett, li huma ddeskrivew bħala self li se jibdel ħajjiet in-nies.Il-Kap…

Read More

Ġie inawgurat ċentru għal ħarsien tat-tfal għal ħaddiema ta l-Malta Business Registry fiż-Żejtun. Dan ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri.Hawn qal li ambjent ta’ dan it-tip u b’dawn il-faċilitajiet normalment kienu jkunu assoċjati mal-privat, iżda ċ-ċivil għandu jkun ukoll xempju ta’ miżuri favur il-familja.Fakkar kif kien dan il-Gvern li daħħal servizz bla ħlas ta’ ħarsien tat-tfal, u li l-MBR issa hu l-ewwel dipartiment tal-Gvern li joffri servizz ta’ child minding. Dan joffri wkoll trasport minn u lejn l-iskola miċ-ċentru stess.Tfal li jattendu ċ-ċentru jkollhom ukoll ċans jagħmlu xogħol tad-dar wara l-iskola bil-għajnuna tal-professjonisti.Ta’ QabelŻagħżugħ jintbagħat il-ħabs wara li daħal jisraq…

Read More

Ġie inawgurat ċentru għal ħarsien tat-tfal għal ħaddiema ta l-Malta Business Registry fiż-Żejtun. Dan ġie inawgurat mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri.Hawn qal li ambjent ta’ dan it-tip u b’dawn il-faċilitajiet normalment kienu jkunu assoċjati mal-privat, iżda ċ-ċivil għandu jkun ukoll xempju ta’ miżuri favur il-familja.Fakkar kif kien dan il-Gvern li daħħal servizz bla ħlas ta’ ħarsien tat-tfal, u li l-MBR issa hu l-ewwel dipartiment tal-Gvern li joffri servizz ta’ child minding. Dan joffri wkoll trasport minn u lejn l-iskola miċ-ċentru stess.Tfal li jattendu ċ-ċentru jkollhom ukoll ċans jagħmlu xogħol tad-dar wara l-iskola bil-għajnuna tal-professjonisti.Ta’ QabelŻagħżugħ jintbagħat il-ħabs wara li daħal jisraq…

Read More

Din is-sena mat-18,000 tunnellata ta’ materjal ta’ kwalità tajba se jiġu riċiklati u rritornati fl-ekonomija. Il-maġġoranza ta’ dan hu ħġieġ, kartun, karta, metall u plastik. B’hekk l-2021 se tkun l-aktar sena produttiva għall-Aġenzija fejn jidħol materjal riċiklat.Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia waqt żjara fil-faċilità ta’ Sant’Antin f’Wied il-Għajn, fejn spjega li s-sena li għaddiet, il-WasteServ issimplifikat u ffukat l-operat tagħha. B’hekk irnexxielha tirkupra min-nirien tal-2017. Din, qal il-Ministru, hija konferma li l-Gvern qed jaħdem biex iwassal ambjent aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri.Il-Ministru Farrguia qal, “Huwa l-akbar wieħed sa minn meta twaqqfet il-Wasteserv fl-2002. Ifisser ukoll li l-investiment li għamilba fin-nies u l-makkinarju…

Read More

L-Istitut għall-Accountants f’Malta nieda kampanja ta’ għarfien għal studenti fl-iskejjel sekondarji biex toffri l-informazzjoni kollha dwar il-professjoni ta’ Accountant. Dan fl-istess ħin se jindirizza ċertu domandi jew nuqqasijiet li l-istudenti jista’ jkollhom dwar dan it-tip ta’ xogħol. Dan b’sessjonijiet virtwali fl-iskejjel immexxija mill-Istitut stess, u b’kollaborazzjoni ma’ professjonisti stabbiliti fil-qasam.Il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut, Maria Cauchi Delia, spjegat li d-domanda għas-servizzi ta’ accountant żdiedet madwar id-dinja filwaqt li n-numru ta’ professjonisti f’Malta baqa’ stabbli.Hija stqarret: “Irridu nispjegaw li hija professjoni li toħloq opportunitajiet differenti u anke fejn inti tista’ tispeċċjalizza fi rwoli differenti. Hija professjoni fejn wieħed se jkollu kuntatt man-negozji u…

Read More

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mis-6 ta’ Settembru se jibdew isiru avvenimenti bilwieqfa fuq barra, kif kien tħabbar aktar kmieni, li se jkunu aċċessibbli għal persuni mlaqqma u biċ-ċertifikat tal-vaċċin.Dawn l-avvenimenti se jilqgħu sa mitt persuna kull avveniment, li lkoll iridu jilbsu l-maskra u jżommu d-distanza.Fil-fatt l-organizzaturi se jkunu obbligati jiddedikaw żewġ metri kwadri għal kull persuna bilwieqfa.F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ta aġġornament tas-sitwazzjoni f’pajjiżna, id-Deputat Prim Ministru qal ukoll li mit-13 ta’ Settembru se jibdew isiru wkoll avvenimenti għal persuni bilwieqfa fuq ġewwa, li wkoll se jkunu jistgħu jilqgħu sa mitt persuna.Mill-istess jum, għal…

Read More

Id-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li se jingħata lir-residenti fid-djar tal-anzjani se tibda tingħata minn nhar it-Tnejn li ġej, li hu ġimgħa aktar kmieni milli kien previst.Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet.Mill-ġimgħa d-dieħla wkoll dawk meqjusa vulnerabbli se jibdew jiġu mistiedna jieħdu d-doża addizzjonali.Fost din il-kategorija ta’ nies hemm dawk li qed jieħdu l-kimoterapija jew ir-raġġi minħabba li huma morda bil-kanċer u persuni morda bl-HIV fost oħrajn.Dawn se jkunu jew tal-Pfizer u BioNTech jew Moderna, skont anke rakkomandazzjonijiet taċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard.Hawn ikkonferma wkoll li hemm żewġ gruppi ta’ każijiet pożittivi ta’ COVID-19…

Read More

Ġiet inawgurata l-istatwa ta’ Santa Marija fil-pjazza tal-Imqabba wara nuqqas ta’ snin sħaħ ta’ attenzjoni. F’ċerimonja tal-inawgurazzjoni ġie spjegat fil-fatt li parti mill-istatwa, bħall-koppla tal-knisja biswitha, inqerdet tul il-Gwerra mingħajr ma qatt sar xi xogħol fuqha.Il-proġett tmexxa mis-Soċjetà Santa Marija u Banda Re George V fil-lokalità stess, kif spjega l-President Carlo Sciberras.Qal, “Dejjem ħassejna l-ħtieġa tal-Imqabbin u x-xewqa li tiġi restawrata, filfatt kienet l-unika statwa fil-pjazza li ma kinitx għada ġiet restawrata.”Magħna spjega wkoll li bil-għajnuna tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, sar xogħol kbir fuq il-ġebla.Spjega, “Kellha bżonn kbir li tiġi restawrata u kellha bżonn intervent kbir fil-ġebla.…

Read More

Il-President Amerikan Joe Biden wiegħed li l-awtoritajiet Amerikani se jfittxu liġ-Ġiħadisti li kienu l-moħħ wara l-attakk suwiċida f’Kabul, li ħalla 90 persuna mejta. 13 minn dawn kienu suldati Amerikani.F’konferenza tal-aħbarijiet il-President Amerikan Joe Biden qal li l-Istati Uniti mhux se jaħfru lit-Talibani. Mindu t-Talibani ħadu l-poter tal-Afganistan aktar kmieni dan ix-xahar, mitt elf persuna ħarbu mill-pajjiż. It-Talibani kienu ħarġu twissija wara oħra li se jkun hemm attakki minħabba ġemgħat ta’ persuni barra l-ajruport ta’ Kabul, lesti biex jaħarbu mill-pajjiż.Is-suldati Amerikani se jibqgħu jiġu evakwati mill-pajjiż u persuni ċivili qed jissieltu biex jaħarbu mill-pajjiż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.F’konferenza separata l-Prim Ministru…

Read More