Author: Charmaine Attard

Ritratt: Knisja.mtRead in English.L-Arċisqof Charles Scicluna saħaq li min irid ikun mexxej irid ikun qaddej, ikun disponibbli għal dak li jkun u jieħu paċenzja.Fl-omelija tiegħu waqt quddiesa fil-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi, Mons. Scicluna qal li mexxej mhux dak li joqgħod wara skrivanija u fuq pultruna jikkmanda, imma dak li bħal Ġesù fl-Aħħar Ċena jinżel u jaħsel ir-riġlejn. Irrimarka li eżempju ċar ta’ mexxejja huma l-missier u l-omm li jagħmlu kollox għal uliedhom, jissapportu kollox u jinsew kliem iebes.Fakkar lill-kongregazzjoni dwar dak li jgħid il-Papa Franġisku dwar il-qdusija tal-ġirien – “qaddisin li m’għandhomx dijadema u ma nagħmlux statwi…

Read More

Ritratt: Knisja.mtL-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi saħaq li l-ftit ċelloli fil-ġuf fil-bidu tat-tqala huma xi ħadd, mhux xi ħaġa. “Dawn iċ-ċelloli ma fihomx biss potenzjal ta’ ħajja, imma huma l-ħajja umana li bdiet”, saħaq l-Isqof.Fir-riflessjoni tiegħu waqt Quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni Life Network f’Malta biex tfakkar il-vittmi tal-abort fid-dinja, Mons. Galea Curmi semma l-punt li jenfasizzaw diversi nisa tqal, li jkunu qed iġorru lil xi ħadd li hu totalment vulnerabbli, dgħajjef, dipendenti u li jrid jirċievi kontinwament in-nutriment biex ikun jista’ jgħix u jikber.Jitfakkru l-ħajjiet ta’ Maltin li nqatlu fil-ġufIrrefera wkoll għal nisa oħra li jsibu diffikultà b’din il-ħajja ġdida li…

Read More

Basil MK / Pexels.comRead in English.X’għarukaża dejjem fis-sakra. U l-ieħor mimli droga. Nistgħu nibqgħu sejrin hekk. Vizzju wara viżżju li ijeqirdu lill-bniedem konċernat, lill-familja tiegħu u lis-soċjetà.Imma stenna ftit. Qatt staqsejt jekk dan hux qżież, vizzju kapriċċju jew marda? Jista’ jkun li hemm xi trauma jew xi problema li wasslet lil dak li jkun f’dan l-istat? Jew forsi hemm xi forma ta’ xi patoloġija? Jista’ jkun li l-komunità stess wasslitu f’dan l-istat?Andrew Azzopardi nhar is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta’s Heart se jiddiskuti dak kollu ma’:Prof. Marilyn Clark, Psikologa Marica Cassar, Caritas Malta Dr Gianluca Bezzina, Tabib, Agenzija Sedqa Is-Sibt fl-10am fuq Andrew Azzopardi…

Read More

Ritratti: Facebook.comRead in English.Nhar is-Sibt fuq 103 Malta’s Heart fil-11am Andrew Azzopardi se jmexxi dibattitu bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni Dr Justyne Caruana u l-MP Clyde Puli, Kelliemi tal-PN għall-Edukazzjoni.Fost is-suġġetti diskussi:Is-sena skolastika se tiftaħ taħt id-dell skur ta’ Covid-19. X’se jsibu l-istudenti meta jidħlu fl-iskola? Se jkun hemm skejjel preparati jew konfużjoni?Kemm hija effettiva s-sistema edukattiva tagħna?It-tfal tal-fqar għandhom ċans li jirnexxu daqs it-tfal tas-sinjuri?X’inhuma l-isfidi u l-opportunitajiet li toffri l-edukazzjoni f’pajjiżna?Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt fil-11am.Ixxerja din l-istorjaL-Artiklu ta’ QabelIl-PN jistieden lill-pubbliku għall-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima See original Article on newsbook.com.mt

Read More

DOIĦafna kummentaturi qed jgħidu li l-proġett li se jimmarka l-pontifikat tal-Papa Franġisku huwa l-proġett dwar is-sinodalità. Dan minħabba li l-proġett jinkludi mod ġdid kif titmexxa l-Knisja. Minkejja dan il-biċċa l-kbira tan-nies u, probabbilment, anke tal-kleru ftit li xejn għandhom idea dwar xi tfisser fil-konkret din is-sinodalità.Il-Ġimgħa fil-5pm Fr Joe Borg se jintervista lill-Kardinal Mario Grech, il-persuna responsabbli għas-Sinodu dwar is-sinodalità li se jsir sentejn oħra iżda li l-ħidma dwaru fid-djoċesijiet se tibda f’Ottubru.Is-sinodalità tagħmel xi differenza konkreta fil-ħajja tal-Kattoliċi?Is-sinodalità tfisser li l-Knisja se titmexxa bl-opinion polls?Fr Joe Borg se jistaqsi wkoll lill-Kardinal Grech dwar ir-riskju ta’ solitudni, il-ħiliet tiegħu fit-tisjir u…

Read More

Ritratt fl-isfond: Miguela Xuereb/ Ritratt fuq il-xellug: Facebook/ Ritratt fuq il-lemin: Knisja.mtId-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà Prof. Andrew Azzopardi u l-preżentatur Peppi Azzopardi qed jitolbu biex immedjatament tinħatar inkjesta pubblika biex tistabbilixxi jekk l-Istat setax jevita “l-mewt traġika ta’ tfajla ta’ 29 sena li għamlet suwiċidju f’ċella numru 23 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin”.L-Erbgħa filgħaxija l-Ministeru għall-Intern ħabbar li ġew sospiżi żewġ gwardjani tal-ħabs, li se jkunu qed jitressqu l-Qorti minħabba nuqqasijiet li ħarġu mill-inkjesta maġisterjali.Ġew sospiżi wkoll:Gwardjani tal-ħabs għall-Qorti dwar mewt ta’ priġunieraAndrew u Peppi Azzopardi ddeskrivew dak li ġara llum bħala xokkanti u enfasizzaw li mhux sewwa li din it-traġedja…

Read More

Ritratt meħud mill-filmat imxandar fuq TVM f’Ġunju 2021Żewġ gwardjani tal-ħabs ġew sospiżi b’effett immedjat u mistennija jitressqu l-Qorti wara li inkjesta maġisterjali dwar suwiċidju ta’ priġuniera sabet numru ta’ nuqqasijiet.Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Intern qal li dan b’rabta mal-inkjesta li nfetħet fil-każ ta’ attentat suwiċidju li seħħ fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-16 ta’ Ġunju li għadda ftit qabel it-8am.Skont il-Ministeru, iż-żewġ uffiċjali korrettivi se jitressqu dwar “reati ta’ natura involontarja” wara li ġew identifikati xi nuqqasijiet. Huma se jkunu suġġetti għall-proċeduri quddiem il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.F’dan il-każ priġuniera ta’ 29 sena fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mietet tliet ġimgħat wara li nstabet mitlufa…

Read More

Ritratt: Miguela XuerebTnieda proġett ta’ sentejn bil-għan li jtejjeb l-integrità u t-trasparenza fil-ħajja pubblika, fost l-oħrajn permezz ta’ titjib fl-Kodiċi tal-Etika tal-Membri Parlamentari u membri tal-Kabinett, kif ukoll bi prattiċi aħjar fid-dikjarazzjoni tal-assi.Il-proġett li se jsir fuq talba tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler se jkun iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u se jiġi implimentat mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD).“Bidla fil-kultura tal-integrità pubblika” – Dr HyzlerFil-ftuħ tal-konferenza Dr George Hyzler innifsu fakkar mill-ewwel li l-irwol ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika huwa riżultat ta’ riformi leġiżlattivi li saru f’Malta fl-aħħar snin.Spjega iżda li l-irwol tiegħu mhux biss li jassigura etika u integrità,…

Read More

Ritratt: UnsplashRead in English.Il-moħqrija tal-annimali hija ħaġa kerha ħafna u ta’ min jistmerra. Naqblu li lill-annimali għandna nieħdu ħsiebhom, nagħtu kashom, naraw x’għandhom bżonn u nħobbuhom.Imma lill-annimali għandna nistmawhom daqs li kieku kienu bnedmin?Mela l-bnedmin mhux ħafna aħjar mill-annimali?Barra minn hekk, għaliex kelb inħobbuh iżda fenek nikluh jew ġurdien noqtluh?Mela l-annimali mhux kollha għandna nħobbuhom l-istess?Dawn il-mistoqsijiet iqajmu ħafna emozzjonijiet u dibattitu kbir. Huma dawn il-mistoqsijiet u dan id-dibattitu li se jmexxi Andrew Azzopardi is-Sibt fuq 103 Malta’s Heart fil-11am.Il-mistiedna ta’ Azzopardi huma:Moira Delia, attivista favur l-annimaliJeremy Camilleri, opinjonistaAlison Bezzina, Kummissarju għall-Ħarsien tal-AnnimaliAndrew Azzopardi on 103 is-Sibt fil-11am fuq 103…

Read More

Ritratt: Michal Parzuchowski, unsplash.comL-ansjetà għolliet rasha fis-soċjetà tagħna. Hawn wisq kompetittività. Il-ħajja saret ħafna aktar mgħaġġla. L-ansjetà tolqot u tagħmel ħsara lil kulħadd. Studju li għadu kif ħareġ juri li din l-ansjetà qiegħda issa anke tkisser lil uliedna. It-tfal, minħabba fiha, qed jitilfu t-tfulija tagħhom.X’qed iwassal biex it-tfal ikunu mikula mill-ansjetà?X’impatt qed tħalli fuqhom din l-ansjetà esaġerata?X’jista’ jsir biex lit-tfal innaqqsulhom l-ansjetà?Andrew Azzopardi jiddiskuti dan is-suġġett importanti għall-ġenituri u l-edukaturi kollha nhar is-Sibt fl-10.00a.m. fuq 103 Malta’s Heart.Il-mistiedna ta’ Azzopardi huma l-psikjatra Dr Rosemarie Sacco, il-psikjatra Dr Lorraine Azzopardi, il-counsellor Matthew Bartolo, u Andrew Azzopardi, socialwWorker li huwa wkoll il-Kap tas-Safeguarding Commission tal-Knisja f’Malta.Andrew Azzopardi…

Read More