Author: Salvu Mallia

Robert Abela with his predecessor Jospeh Muscat (right) (File Photo)Artiklu tajjeb ħafna tas-Sur Marmarà iżda naħseb ma jaqbilx miegħi li Joseph Muscat huwa l-konklużjoni loġika tal-politika partiġġjana u diviżiva li trawmet fil-Partit Laburista minn mindu Mintoff neħħa bl-ingann lil Pawlu Boffa, imma jekk irridu nkunu fattwali hekk hu, għax il-mentalità ta’ ‘Jien Bully u nagħmel li rrid u jekk tiqafli nkissrek, ma twelditx ma’ Joseph Muscat, anzi Joseph Muscat ikkundannaha u għamel minn kollox biex jaħbiha.Li ħareġ fil-beraħ taħt Joseph Muscat huma t-tendenzi kapitalisti li minn dejjem ħeba l-partit, li dejjem ħaseb għal rasu u bis-sewwa jew bid-dnewwa, rekken flus…

Read More

Ritratt minn filmat fuq one.com.mtSur Zammit Marmarà,Napprezza ħafna l-isforzi li qed tagħmel biex min hu għami jara d-dawl. Jiena nemmen li l-problema li għandha Malta hi li nies bħal dawk li semmejt inti, il-partit tagħhom stess warrabhom u nessihom. Naturalment hemm oħrajn tan-naħa l-oħra li ġralhom l-istess. B’xorti ħażina żmien il-Ġganti spiċċa u l-politikanti li għandna llum huma n-nani li ħmejna aħna fl-iskejjel tagħna. Nies li għax għadhom tfal, iħossu li huma għorrief aktar minn ta’ qabilhom. Nies li qatt ma kienu jafu x’inhi dixxiplina imposta minn amministrazzjoni kolonjali u qatt ma kellhom joħduha kontra mustaċċuni barranin biex jifdu lil pajjiżhom…

Read More